Language of document : ECLI:EU:T:2014:1007





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2014 —
Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK)


(Kawża T‑697/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MAKING LIFE BETTER AT WORK — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 14, 15)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Karattru distintiv — Applikazzjoni ta’ kriterji ta' evalwazzjoni speċifiċi — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17-19)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Diċitura li għandha karattru fantażjuż (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 20)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 21)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali MAKING LIFE BETTER AT WORK (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24, 27-37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2272/2012‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas- sinjal verbali MAKING LIFE BETTER AT WORK bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kinnarps AB hija kkundannata għall-ispejjeż.