Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs IEEHF

(Kawża F-43/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, S. Woog, avukati)

Konvenut: Institut européen pour l’égalité entre les hommes et les femmes

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-IEEHF li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb l-allowance tal-ġestjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Jannar 2012 tad-Direttriċi tal-IEEHF li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb l-allowance tal-ġestjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011, ikkonfermata, wara l-ilment tar-rikorrent, permezz tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2012 tal-aġent tar-riżorsi umani tal-IEEHF;

jordna l-ħlas tal-allowance tal-ġestjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011, flimkien ma’ interessi moratorji liema ammont irid jiġi kkalkolat b’rata fissa mill-Bank Ċentrali Ewropew għal tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, b’żieda ta’ żewġ punti, sa mit-30 ta’ Settembru 2011;

jikkundanna lil Institut européen pour l’égalité entre les hommes et les femmes għall-ispejjeż.