Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2013 – Grebenshikova vs UASI – Volvo Trademark (SOLVO)

(Kawża T-394/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva SOLVO – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VOLVO – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elena Grebenshikova (St. Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: M. Björkenfeldt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Dolde, V. von Bomhard u A. Renck, avukati, sussegwentement minn V. von Bomhard, A. Renck, u I. Fowler, solicitor)

SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 861/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u E. Grebenshikova.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI) tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 861/2010-1 hija annullata.L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, żewġ terzi mill-ispejjeż ta’ E. Grebenshikova.Volvo Trademark Holding AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz mill-ispejjeż esposti minn E. Grebenshikova.