Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Mejju 2010 - Cree vs UASI (TRUEWHITE)

(Kawża T-208/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cree, Inc. (Durham, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: V. Schiller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Frar 2010 fil-Każ R 985/2009-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali "TRUEWHITE" għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 4, tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li t-trade mark inkwistjoni kienet distinta sew.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark inkwistjoni ma kinitx deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78. p. 1)