Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-13 ta’ April 2021 – Porr Bau GmbH vs Bezirkshauptmannschaft Graz-Umgebung

(Kawża C-238/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Porr Bau GmbH

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Graz-Umgebung

Domandi preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-istatus ta’ tmiem tal-iskart jintlaħaq biss meta l-iskart jew is-sustanzi residwali jew is-sustanzi li jirriżultaw minnhom jintużaw direttament bħala sostituti ta’ materja prima jew ta’ prodotti magħmula minn materja prima jew meta jiġu ppreparati bil-għan ta’ użu mill-ġdid, tmur kontra l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi 1 ?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-istatus ta’ tmiem tal-iskart, fir-rigward ta’ materjal estratt, jista’ biss jintlaħaq l-iktar kmieni permezz tas-sostituzzjoni ma’ materja prima jew ma’ prodotti mmanifatturati minn materja prima, tmur kontra l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda:

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-istatus ta’ tmiem tal-iskart, fir-rigward ta’ materja estratta, ma jistax jintlaħaq jekk kriterji formali (b’mod partikolari obbligi ta’ reġistrazzjoni u dokumentazzjoni) li ma għandhomx influwenza ambjentali rilevanti fuq il-miżura implimentata, ma jiġux osservati jew ma jiġux osservati kompletament, minkejja li l-materja estratta taqa’ b’mod verifikabbli taħt il-valuri limiti previsti għall-użu konkret (klassi ta’ kwalità) preskritti minħabba l-użu speċifiku previst, tmur kontra l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98?

____________

1     ĠU L 2008, L 312, p. 3.