Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Gold East Paper u Gold Huasheng Paper vs Il-Kunsill

(Kawża T-443/11) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina miċ-Ċina – Trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni li tirrigwarda dan it-trattament - Eżami diliġenti u imparzjali – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Oneru tal-prova – Dannu – Determinazzjoni tal-marġni ta’ qligħ – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Industrija Komunitarja – Rabta kawżali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gold East Paper (Jiangsu) Co. Ltd (Jiangsu, iċ-Ċina); u Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co. Ltd (Jiangsu) (rappreżentanti: V. Akritidis, Y. Melin u F. Crespo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch, A. Polcyn, avukati, u minn N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); Cepifine AISBL (Brussell, il-Belġju); Sappi Europe SA (Brussell); Burgo Group SpA (Altavilla Vicentina, l-Italja); u Lecta SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)SuġġettTalba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011, tas-6 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, p. 1), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Gold East Paper (Jiangsu) Co. Ltd u Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Cepifine AISBL, Sappi Europe SA, Burgo Group SpA u Lecta SA.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.