Language of document : ECLI:EU:T:2011:660





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2011 – CTG Luxembourg PSF vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawżi magħquda T-170/10 u T-340/10)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ għajnuna lill-utenti ta’ sistemi informatiċi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent minħabba preżentazzjoni tardiva – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Rikors għal annullament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Iffissar ta’ ħin limitu għal preżentazzjoni u sabiex jintbagħtu l-offerti - Ammissibbiltà - Obbligu li jiġi ppreċiżat il-ħin taż-żona applikabbli - Assenza (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 130(2)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 145(3)) (ara l-punti 26-35)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Termini għall-aċċess għad-dokumenti ta’ sejħa għall-kompetizzjoni - Obbligu li tiġi pprovduta lill-offerenti potenzjali l-informazzjoni komplementari mitluba - Limiti (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 141(2)) (ara l-punti 39-42)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ offerta - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(2) u (3)) (ara l-punti 46, 47, 49)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Irregolarità tal-proċedura amministrattiva - Effetti - Annullament tad-deċiżjoni kkontestata - Kundizzjonijiet (ara l-punt 51)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-9 ta’ Frar 2010, li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-konsorzju li minnu tifforma parti r-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt bir-referenza AO 008/2009 u intitolat “Għajnuna lill-utenti ta’ sistemi IT u telefoniċi tal-1 u tat-2 livell, call center, amministrazzjoni hardware end user”, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Marzu 2010 li tikkonferma din iċ-ċaħda u, it-tielet nett, tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Computer Task Group Luxembourg PSF SA (CTG Luxembourg PSF) hija kkundannata għall-ispejjeż.