Language of document : ECLI:EU:T:2012:119





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 —
Colas vs UASI — García-Teresa Gárate u Bouffard Vicente (BASE‑SEAL)

(Kawża T-172/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASE-SEAL — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw forma ta’ djamant — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti COLAS — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39-42, 59-63)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Frar 2010 (Każ R 450/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Colas u, min-naħa l-oħra, Rosario García-Teresa Gárate u Carmen Bouffard Vicente.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Frar 2010 (Każ R 450/2009‑4) hija annullata fir-rigward tal-prodotti li ma humiex il-prodotti kimiċi użati fix-xjenza, fil-fotografija, fl-agrikoltura, fl-ortikoltura u fil-foresterija, tad-demel u tas-sustanzi kimiċi li jippreżervaw il-prodotti tal-ikel imsemmija fid-deċiżjoni msemmija.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.