Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta' Ottubru 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Murcia - Spanja) - María Julia Zurita Garcia (C-261/08), Aurelio Choque Cabrera (C-348/08) vs Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

(Kawżi magħquda C-261/08 u C-348/08)1

(Visas, asil u immigrazzjoni - Miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni - Artikolu 62 (1) u (2)(a) KE - Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta' Schengen - Artikoli 6b u 23 - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Artikoli 5, 11 u 13 - Preżunzjoni fir-rigward tat-tul tas-soġġorn - Ċittadini ta' pajjiżi terzi f'sitwazzjoni irregolari fit-territorju ta' Stat Membru - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, skont iċ-ċirkustanzi, jew l-impożizzjoni ta' multa jew inkella t-tkeċċija)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Murcia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Julia Zurita Garcia (C-261/08), Aurelio Choque Cabrera (C-348/08)

Konvenuta: Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal Superior de Justicia de Murcia -Interpretazzjoni tal-Artikolu 62(1) u (2)(a) KE u tal-Artikoli 5, 11 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, p. 1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti s-sostituzzjoni tal-piena ta' tkeċċija ma' ħlas ta' multa

Dispożittiv

L-Artikoli 6b u 23 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta' Schengen, tal-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2133/2004, tat-13 ta' Diċembru 2004, dwar ir-rekwiżit għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jittimbraw sistematikament id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jemenda d-diposizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta' Schengen u l-manwali komuni għal dan l-għan, kif ukoll l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta ċittadin ta' pajjiż terz ikun jinsab f'sitwazzjoni irregolari fit-territorju ta' Stat Membru minħabba li ma jissodisfax jew m'għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet dwar it-tul tas-soġġorn applikabbli f'dak l-Istat, l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex obbligat li jadotta deċiżjoni ta' tkeċċija fil-konfront tiegħu.

____________

1 - ĠU C 209, 15.08.2008 ĠU C 260, 11.10.2008