Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 taʼ Mejju 2013 - Unister vs UASI (fluege.de)

(Kawża T-244/12) 

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali fluege.de - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta' karattru distintiv - Karattru distintiv miksub mill-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), Artikolu 7(2) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Marzu 2012 (Każ R 2149/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali fluege.de bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Unister GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1 - ĠU C 217, 21.07.2012.