Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2014 – Masafi vs UASI – Hd1 (masafi juice)

(Kawża T-248/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Masafi Co. LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: G. Hinarejos Mulliez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Hd1 Ltd (Huddersfield, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 119/2013-4;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jekk tiġi ammessa li tintervjeni, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva sewda u bajda li fiha l-element verbali “masafi” għal prodotti fil-klassi 32Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2 551 560 għall-kelma “masafi”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1

)(a), (b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja