Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 – The Smiley Company vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ fil-forma ta’ stilla)

(Kawża T-244/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Smiley Company (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Freitag, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Jannar 2014 fil-Każ 838/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta wiċċ fil-forma ta’ stilla għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 168 937Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mar li saret applikazzjoni għaliha ma hijex eliġibbli għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009