Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Meica vs UASI – Salumificio Fratelli Beretta (STICK MiniMINI Beretta)

(Kawża T-247/14)1

(“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva STICK MiniMINI Beretta — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MINI WINI — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Salumificio Fratelli Beretta SpA (Barzanò, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghisletti, F. Braga u P. Pozzi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Frar 2014 (Każ R 1159/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u Salumificio Fratelli Beretta SpA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Frar 2014 (Każ R 1159/2013-4) hija annullata sa fejn tiċħad it-talbiet ta’ Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG intiżi għall-bdil tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni dwar is-servizzi fil-klassi 43.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Salumificio Fratelli Beretta SpA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 235, 21.7.2014.