Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Diċembru 2008 - Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-98/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Aalst, il-Belġju) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa l-annullament tad-deċiżjoni li ma tippromwovix lir-rikorrent fl-2008 u, min-naħa l-oħra sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni li ma tippromwovix lir-rikorrent fl-2008, ippubblikata fil-Komunikazzjoni lill-Persunal 32/2008 tal-5 ta' Mejju 2008, kif ukoll l-atti prepartorji ta' din id-deċiżjoni, b'mod partikolari d-deċiżjonijiet tad-19 u tad-29 ta' Frar 2008, li jagħmlu s-suġġett tal-Komunikazzjonijiet lill-Persunal 10-2008 u 17-2008, li jistabbilixxu l-listi tal-persuni eliġibbli għall-promozzjoni, fl-1 ta' Jannar 2008, safejn jirrigwardaw ir-rikorrent;

tiddikjara espressament in-nullità tad-deċiżjonijiet sussegwenti u tal-atti preparatorji msemmija hawn fuq;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallas kumpens għad-dannu materjali li jammonta għat-telf tad-dħul li r-rikorrent ġarrab meta mqabbelmal-pagi l-iktar għolja li huwa seta' jibbenefika minnhom jekk l-interim imsemmi hawn fuq ma kienx ostakola l-karriera tiegħu, kif ukoll id-dannu morali addizzjonali għad-danni simili mitlub f'kawżi oħrajn, ta' EUR 10 000;

tikkundanna lil-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.

____________