Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-147/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tar-rikorrenti b’implementazzjoni tad-DĠI l-ġodda rigward l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Persunal, u sa fejn hemm bżonn, tad-deċiżjoni li tirrigwarda l-konferma tal-imsemmi trasferiment.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Frar 2012 li tapplika l-parametri msemmija fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent;sa fejn hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2012 li tikkonferma l-imsemmi trasferiment;jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.