Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Mommer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-146/12)1

(Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Trasferiment lejn is-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni akkwistati minn sistemi oħra tal-pensjoni – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà manifesta tar-rikors)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Mommer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi, J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, u finalment minn S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u finalment G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni marbuta mat-transferiment ta’ drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti lejn is-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni, liema deċiżjoni tapplika id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda marbuta mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1  ĠU C 26, 26.01.2013, p.78.