Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Ballast Nedam Infra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/06)

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Prova tal-ksur - Gravità tal-ksur - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża - Preżentazzjoni ta' motivi ġodda fil-kawża - Ġurisdizzjoni sħiħa"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ballast Nedam Infra BV (Nieuwegein, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bosman u J. van de Hel, sussegwentement minn A. Bosman u E. Oude Elferink, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, sussegwentement minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 - Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, min-naħa waħda, talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni msemmija u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament parzjali ta' din l-istess deċiżjoni sa fejn din tiffissa t-tul tal-ksur fir-rigward tagħha u talba għat-tnaqqis korrelattiv tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 - Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], huwa annullat sa fejn jikkonċerna l-parteċipazzjoni ta' Ballast Nedam Infra BV fil-ksur bejn il-21 ta' Ġunju 1996 u t-30 ta' Settembru 2000.

2)    L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Ballast Nedam Infra fl-Artikolu 2(a) tad-deċiżjoni msemmija fil-punt (1) iktar 'il fuq hija limitata għal EUR 3,45 miljuni.

3)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha

____________

1 - ĠU C 20, 27.01.2007.