Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Heijmans Infrastructuur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/06)

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Oneru tal-prova - Multi - Gravità tal-ksur - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Heijmans Infrastructuur BV (Rosmalen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Smeets u A. Van den Oord, sussegwentement minn M. Smeets, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avukati, sussegwentement minn A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 - Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha bid-deċiżjoni msemmija.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Heijmans Infrastructuur BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 20, 27.01.2007.