Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Ballast Nedam vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-361/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża - Effetti ta' sentenza ta' annullament fir-rigward ta' terzi")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ballast Nedam NV (Nieuwegein, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment A. Bosman u J. van de Hel, sussegwentement A. Bosman u E. Oude Elferink, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, sussegwentement minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 - Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti u, sussidjarjament, minn naħa, talba għal annullament parzjali ta' din id-deċiżjoni sa fejn hija tiffissa t-tul tal-ksur li tikkonċernaha u, min-naħa oħra, talba għal tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ballast Nedam NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 20, 27.01.2007.