Language of document : ECLI:EU:T:2012:490





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 – Heijmans vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑360/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi fir-rigward tal-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Ilmenti mhux ippreżentati fir- rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà – Riferiment għar-rikors ippreżentat minn rikorrent ieħor – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ), u 48(2)) (ara l-punti 21-26)

2.                     Kompetizzjoni – Dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Obbligi probatorji tal-kumpanija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 38-42, 73)

3.                     Kompetizzjoni – Dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Sussidjarja miżmuma minn kumpannija intermedjarja fi ħdan il-grupp li jeżerċita firxa ta’ attivitajiet – Ċirkustanza li ma hijiex suffiċjenti sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 45)

4.                     Kompetizzjoni – Dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet – Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 46)

5.                     Kompetizzjoni – Dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza – Assenza – Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza – Evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48; Regolament tal-Kunsill Nru  1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 47-49, 51-53)

6.                     Kompetizzjoni – Dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Responsabbiltà personali tal-entità ekonomika li wettqet ir-reat – Responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji li jappartjenu lill-istess entità ekonomika – Ammissibbiltà (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 50)

7.                     Kompetizzjoni – Dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontroll eżerċitat mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha – Neċessità ta’ rabta mal-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja – Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 67)

8.                     Kompetizzjoni – Dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Dokumenti addizzjonali miżmuma mill-Kummissjoni – Dokumenti imposti mid-dritt nazzjonali – Assenza ta’ rilevanza (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punt 70)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċeduri skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 – Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Heijmans NV hija kkundannata għall-ispejjeż.