Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-4 ta' Lulju 2008 - Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/06)1

("Rikors għal annullament -Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE - Rikors ippreżentat minn impriża msemmija fil-motivi ta' deċiżjoni li ma kinitx indirizzata lejha - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans BV (Rosmalen, l-Olanda) (rappreżentanti: M. Smeets u A. Van den Oord, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avocats)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/534/KE, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 KE [Każ Nru COMP/F/38.456] - Bitum (l-Olanda) jew, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq Heijmans NV u fuq Heijmans Infrastructuur BV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Wegenbouwmaatschappij J. Heijmans BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 20, 27.1.2007.