Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Mejju 2023 – “Entain Services (Bulgaria)” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-287/23, Entain Services (Bulgaria))

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Entain Services (Bulgaria) EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

Domandi preliminari

Dispożizzjoni nazzjonali u prassi interpretattiva nazzjonali li jipprevedu l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq id-dividendi mqassma lill-kumpanniji kollha stabbiliti f’Ġibiltà, meta fl-istess waqt id-dividendi mqassma lill-kumpanniji stabbiliti fil-Bulgarija jew lil kumpanniji minn Stati Membri ma humiex suġġetti għal din it-taxxa f’ras il-għajn, mingħajr ma dawn il-kumpanniji huma meħtieġa jissodisfaw xi kundizzjoni jew oħra, jikkostitwixxu restrizzjoni diskriminatorja tal-libertà ta’ stabbiliment prevista fl-Artikolu 49 TFUE u tal-moviment liberu ta’ kapital previst fl-Artikolu 63 TFUE, kif iggarantiti fid-dritt tal-Unjoni?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, din ir-restrizzjoni diskriminatorja hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni sa fejn, meta adotta d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni, il-leġiżlatur ma pprovda ebda ġustifikazzjoni dwar in-neċessità li jiġu introdotti dawn ir-restrizzjonijiet fir-rigward ta’ kumpanniji stabbiliti f’Ġibiltà abbażi ta’ raġunijiet marbuta mal-ordni pubbliku, mas-sigurtà pubblika jew mas-saħħa pubblika?

____________