Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ekonomisko lietu tiesa (il-Latvja) fit-3 ta’ Mejju 2023 – Proċeduri kriminali kontra A, B, C, Z, F, AS Latgales Invest Holding, SIA METEOR HOLDING, METEOR Kettenfabrik GmbH, SIA Tool Industry u AS Ditton pievadķēžu rūpnīca

(Kawża C-285/23, Linte 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Ekonomisko lietu tiesa

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

A, B, C, Z, F, AS Latgales Invest Holding, SIA METEOR HOLDING, METEOR Kettenfabrik GmbH, SIA Tool Industry u AS Ditton pievadķēžu rūpnīca

intervenjent: Latvijas Investīciju un attīstības aģentūra

Domandi preliminari

L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-smigħ tal-persuna akkużata permezz ta’ vidjokonferenza tinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ din il-persuna akkużata għal proċedura kriminali fi Stat Membru ieħor permezz ta’ vidjokonferenza mill-Istat Membru ta’ residenza tiegħu?

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt tal-persuna akkużata li tassisti għall-proċedura orali jista’ wkoll jiġi ggarantit bil-parteċipazzjoni ta’ din il-persuna akkużata għall-proċedura kriminali li tinżamm fi Stat Membru ieħor permezz ta’ vidjokonferenza mill-Istat Membru ta’ residenza tiegħu?

Il-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata fi proċedura kriminali li tinżamm fi Stat Membru ieħor permezz ta’ vidjokonferenza mill-Istat Membru ta’ residenza tiegħu hija ekwivalenti għall-preżenza fiżika tagħha f’seduta quddiem il-qorti ta’ Stat Membru adita bil-kawża?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda, il-vidjokonferenza għandha tiġi organizzata unikament bl-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru?

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għar-raba’ domanda, il-qorti ta’ Stat Membru adita bil-kawża tista’ tikkuntattja direttament lill-persuna akkużata li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor u tibgħatilha link ta’ konnessjoni għall-vidjokonferenza?

L-organizzazzjoni ta’ vidjokonferenza mingħajr l-involviment tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru hija kompatibbli maż-żamma tal-ispazju uniku ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2014, L 130, p. 1.

1     ĠU 2016, L 65, p. 1.