Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-2 ta’ Mejju 2023 – FB, JL vs Procureur du Roi près du Tribunal de Première Instance d’Eupen

(Kawża C-283/23, Marhon 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FB, JL

Konvenut: Procureur du Roi près du Tribunal de Première Instance d’Eupen

Domanda preliminari

L-Artikolu 1, il-punt 3 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi 1 , huma applikabbli għall-użu, mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew tal-pulizija, ta’ strumenti ta’ użin mhux awtomatiċi sabiex jiġi mkejjel il-piż tal-vetturi għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ liġi jew ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, punibbli kriminalment, u li, bħall-punt 1 tal-Artikolu 41(3) u l-punt 1 tal-Artikolu 43(3) tal-Liġi tal-15 ta’ Lulju 2013 dwar it-trasport ta’ merkanzija bit-triq u li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE2 u li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija3 , u l-punt 5 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-punt 4 tal-Artikolu 35 tad-Digriet Irjali tat-22 ta’ Mejju 2014 dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ vetturi li l-piż tagħhom jaqbeż il-piż massimu awtorizzat?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2014, L 96, p. 107.

1     ĠU 2009, L 300, p. 51.

1     ĠU 2009, L 300, p. 72.