Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht Mainz (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Mejju 2023 – TC vs Firma Haus Jacobus Alten- und Altenpflegeheim gGmbH

(Kawża C-284/23, Haus Jacobus)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Mainz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TC

Konvenut: Firma Haus Jacobus Alten- und Altenpflegeheim gGmbH

Domanda preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija adita b’talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE dwar jekk id-dispożizzjonijiet Ġermaniżi nazzjonali tal-Artikoli 4 u 5 tal-Kündigungsschutzgesetz (il-Liġi dwar il-Protezzjoni Kontra t-Tkeċċija mix-Xogħol) li jipprovdu li anki mara li, inkwantu tqila, tibbenefika minn protezzjoni speċifika kontra t-tkeċċija mix-xogħol hija neċessarjament obbligata, sabiex iżżomm din il-protezzjoni, tippreżenta rikors fit-termini previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet, humiex kompatibbli mad-Direttiva 92/85/KEE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data 1 .

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.