Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Katowice - Zachód w Katowicach (il-Polonja) fit-28 ta’ April 2023 – Skarb Państwa - Dyrektor Okręgowego Urzędu Miar w K. vs Z. sp.j.

(Kawża C-279/23, Skarb Państwa)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Katowice - Zachód w Katowicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa - Dyrektor Okręgowego Urzędu Miar w K.

Konvenut: Z. sp.j.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/7/UE tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali 1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil qorti nazzjonali tiċħad rikors intiż għall-kisba ta’ kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru msemmija f’din id-dispożizzjoni minħabba li l-ħlas tardiv tad-debitur ma kienx sinjifikattiv jew minħabba li l-ammont dovut tad-dejn imħallas tardivament mid-debitur kien żgħir?

____________

1     ĠU 2011, L 48, p. 1.