Language of document :

Appell ippreżentat fil-1 ta’ Mejju 2023 minn Canai Technology Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) fl-1 ta’ Mazu 2023 fil-Kawża T-25/22 – Canai Technology vs EUIPO – Trend Fin (HE&ME)

(Kawża C-280/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Canai Technology Co. Ltd (rappreżentanti: J. F. Gallego Jiménez E. Sanz Valls, P. Bauzá Martínez u Y. Hernández Viñes, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Trend Fin BV

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Lulju 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u li Canai Technology Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________