Language of document : ECLI:EU:T:2013:338





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Lulju 2013 – MB System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑209/11)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria taħt il-forma ta’ parteċipazzjoni siekta minn impriża pubblika – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti dwar l-istess proċedura – Vantaġġ – Kriterju tal-investitur privat – Kunċett ta’ intrapriża f’diffikultà – Kalkolu tal-komponent tal-għajnuna – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Applikazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(1) TFUE ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 1999/C 288/02, punti 4 sa 6, 2004/C 244/02, punti 4 sa 6 u 8, u 2008/C 155/10, punti 1.3 u 3.2) (ara l-punti 32-40)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Parteċipazzjoni siekta f’impriża f’diffikultà – Impriża f’diffikultà – Kunċett (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 1999/C 288/02, punti 4 sa 6) (ara l-punti 42-49)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Parteċipazzjoni siekta f’impriża f’diffikultà – Impriża f’diffikultà – Kunċett – Ittra ta’ rassigurazzjoni maħruġa mill-kumpannija parent (Artikolu 107(1) TFUE; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 1999/C 288/02, punti 4 sa 6 u 8, u 2008/C 14/02) (ara l-punti 63, 70-72, 78, 81, 90, 91, 94, 95, 98-103)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Kalkolu tal-ammont tal-għajnuna lil impriża f’diffikultà – Iffissar ta’ primjums ta’ riskju (Artikoli 107 TFUE u 296 TFUE ; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 97/C 273/03 u 2008/C 14/02) (ara l-punti 109, 125)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat – Għajnuna lil impriża f’diffikultà – Iffissar ta’ primjums ta’ riskju – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(2) TFUE; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 97/C 273/03 u 2008/C 14/02) (ara l-punti 112, 118-122, 126, 128, 129)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/471/UE, tal-14 ta’ Diċembru 2010 , dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lill-grupp Biria (C 38/05 (ex NN 52/04)) (ĠU 2011, L 195, p. 55).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MB System GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.