Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Laufen Austria AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(C-637/13 P) 1

Appell – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal -installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 23(2) - Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tas-sena 2006 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Laufen Austria AG (rappreżentant: E. Navarro Varona, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Castillo de la Torre u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Dispożittiv

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013, Laufen Austria vs Il-Kummissjoni (T-411/10, EU:T:2014:443), hija annullata.

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi fuq it-talba ta’ tnaqqis tal-multa imposta, imressqa minn Laufen Austria AG.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 ĠU C 52, 22.02.2014.