Language of document : ECLI:EU:T:2010:455





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 – Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki vs UASI – Free (FREE)

(Kawża T-365/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FREE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FREE u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja - Mewt ta’ persuna fiżika jew tmiem tal-eżistenza ta’ persuna ġuridika destinatarja ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni Komunitarja - Azzjoni għal annullament li tista’ tittieħed u d-dritt li jiġi ppreżentat rikors li jista’ jiġi eżerċitat mill-aventi kawża b’titolu universali (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 20, 21)

2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - Deċiżjoni li tilqa’ l-oppożizzjoni mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni t-totalità tal-motivi invokati (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 23-25)

3.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 44)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1346/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Eidikes Ekdoseis AE.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki AE

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

It-trade mark verbali FREE għal prodotti fil-klassi 16 – Applikazzjoni Nru 3426442

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Free SAS

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Franċiża FREE għal servizzi fil-klassi 38; trade mark figurattiva Franċiża free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX għal servizzi fil-klassijiet 35 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċuħda kompletament


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Free SAS matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.