Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Settembru 2009 - Longevity Health Products vs UASI - Gruppo Lepetit (RESVEROL)

(Kawża T-363/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassaw, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gruppo Lepetit SpA (Lainate, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Lulju 2009 fil-Każ R-1204/2008-2 u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja 5 244 512 imressqa mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Longevity Health Products Inc (Nassaw, il-Baħamas)

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "RESVEROL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjonijiet bħala trade mark nazzjonali tat-trade mark "LESTEROL" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2006 sa fejn il-Bord tal-Appell iddeċieda, b'mod żbaljat, li kienet teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________