Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/09) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Kollokament għal nofs il-ħin għal għanijiet ta' rappreżentazzjoni sindakali - Assenza irregolari - Tnaqqis ta' ġranet mid-dritt għal leave annwali - Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-7 ta' Lulju 2009, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-39/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjez tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.