Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Ottubru 2010 - Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki vs UASI - Free (FREE)

(Kawża T-365/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FREE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FREE u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti free LA LIBERTÉ N'A PAS DE PRIX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Papadiamantis u A. Koliothomas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Free SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1346/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Free SAS u Eidikes Ekdoseis AE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Free SAS matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.