Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, S. Greco avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, abbażi tal-proposta ta’ kalkolu li tapplika l-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

Tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

Tannulla konsegwentement id-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2012 li tistabbilixxi proposta ta’ trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal abbażi tal-DĠI tal-11.10.2011 għar-rikorrent kif iffirmata minnu fid-19 ta’ Lulju 2012;Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.