Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 taʼ April 2013 – Rubinum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rubinum, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentanti: C. Bittner u P.-C. Scheel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 288/2013;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tinvoka s-segwenti:

Ksur tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 1

F’din il-kawża, ir-rikorrenti ssostni li r-regolament ikkontestat huwa bbażat, b’mod partikolari, fuq l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1831/2003 u li fil-każ inkwistjoni l-kundizzjonijiet stabbiliti f’tali dispożizzjoni ma humiex issodisfatti. Hija tirreferi, b’mod partikolari, għall-fatt li r-regolament ikkontestat huwa bbażat biss fuq suppożizzjonijiet u li fil-fatt la t-trasferibbiltà ta’ reżistenza antibijotika u lanqas il-produzzjoni ta’ tossini bil-preparazzjoni kkonċernata ma ġew stabbiliti b’mod konkret.

2.    Ksur tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

Fil-kuntest ta’ tali motiv, ir-rikorrenti ssostni li, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1831/2003, il-Kummissjoni kellha tagħti deċiżjoni ,fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti ppreżentata skont id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 10(2), u tal-Artikolu 7 tal-istess regolament.

Ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li tat prova b’mod xieraq u suffiċjenti, f’diversi proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, li l-addittiv fl-ikel tal-annimali mmanifatturat minnha skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1831/2003 ma għandu l-ebda effett dannuż fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew fuq l-ambjent. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel ma kkonfutawx dawn id-dikjarazzjonijiet.

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 2

Fil-kuntest ta’ tali motiv, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li r-regolament ikkontestat ma huwiex ibbażat fuq analiżi korretta u kompleta tar-riskji.Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002F’din il-kawża, ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni lanqas ma tista’ tiġġustifika r-regolament ikkontestat permezz tal-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li anki jekk ikollu jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ prekawzjoni, ir-regolament ikkontestat jikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 178/2002.6.    Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni EwropeaF’dan il-każ, ir-rikorrenti tallega ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.7.    Ksur tal-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1831/2003Fil-kuntest ta’ tali motiv, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli ma osservatx it-terminu ta’ xahrejn previst fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1831/2003 għar-reviżjoni ta’ deċiżjonijiet meħuda jew ommessi tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel u li l-Kummissjo

ni tat deċiżjoni dwar it-talba tar-rikorrenti għal reviż

joni mill-Awtorità biss wara li ġie adottat ir-regolament ikkontestat.

____________

____________

1  Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 238)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dw

ar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurt