Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli – Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata tiegħu u ffirmat permezz ta’ timbru li jirriproduċi l-firma tal-avukat – Preżentata tal-oriġinal wara l-iskadenza tat-terminu – Tardività tar-rikors – Appell manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-92/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.DispożittivL-appell huwa miċħud.Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-ewwel istanza.