Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Rubinum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/13) 1

(“Saħħa pubblika – Sigurtà tal-ikel – Addittiv intiż għall-għalf tal-annimali – Preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-awtorizzazzjonijiet tal-imsemmija preparazzjoni – Riskju għas-saħħa – Żball ta’ liġi – Prinċipju ta’ prekawzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rubinum, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentanti: C. Bittner u P. C. Scheel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, B. Schima u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013, tal-25 ta’ Marzu 2013, dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) kif previst mir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005, (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 (ĠU L 86, p. 15).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Rubinum, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.