Language of document : ECLI:EU:T:2015:311





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 — Rubinum vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑201/13)

“Saħħa pubblika — Sigurtà tal-ikel — Addittiv intiż għall-għalf tal-annimali — Preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-awtorizzazzjonijiet tal-imsemmija preparazzjoni — Riskju għas-saħħa — Żball ta’ liġi — Prinċipju ta’ prekawzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Motiv imqajjem għall-ewwel darba waqt is-seduta — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 23, 29, 30)

2.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Addittivi fl-għalf tal-annimali — Proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Modifika, sospensjoni u revoka tal-awtorizzazzjonijiet — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-awtorizzazzjoni ta’ addittiv eżistenti — Ammissibbiltà (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill Nru 1831/2003, Artikoli 9, 10(1) u 13(1) u (2)) (ara l-punti 42‑44)

3.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Addittivi fl-għalf tal-annimali — Proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Modifika, sospensjoni u revoka tal-awtorizzazzjonijiet — Awtorizzazzjonijiet li ma jissodisfawx iktar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1831/2003 — Sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet mill-Kummissjoni — Obbligu li tintwera l-eżistenza ta’ riskju serju għas-saħħa — Assenza (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1831/2003, Artikoli 5 u 13(1) u (2), u Nru 178/2002, Artikolu 53 u 54) (ara l-punti 46-49, 51-53)

4.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Addittivi fl-għalf tal-annimali — Proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fir-rigward tar-riskju kkawżat minn addittiv għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimal — Portata — Osservanza tal-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-każ ta’ inċertezza fir-rigward tal-eżistenza ta’ riskju — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1831/2003) (ara l‑punti 57-61, 63-65, 72, 98)

5.                     Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Preżentata tardiva tal-provi — Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1), 46(1) u 48(1)) (ara l-punt 81)

6.                     Rikors għal annullament — Att ikkontestat — Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 84)

7.                     Agrikoltura — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji — Addittivi fl-għalf tal-annimali — Proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni jew tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel li tistieden lil min iressaq it-talba għal awtorizzazzjoni sabiex jissupplimenta l-informazzjoni — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1831/2003, Artikolu 8(2)) (ara l-punt 105)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013, tal-25 ta’ Marzu 2013, dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I‑1012) kif previst mir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005, (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 (ĠU L 86, p. 15).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rubinum, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.