Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2024 – Pernod Ricard vs EUIPO – West End Drinks (The King of Soho)

(Kawża T-13/24)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pernod Ricard (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u S. Vandezande, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: West End Drinks Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “The King of Soho” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 931 478

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni ta’ rettifika tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2023 tad-deċiżjoni adottata fid-19 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 1380/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________