Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Ġunju 2012 - Vesteda Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/10) 

("Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta' akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Inammissbbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vesteda Group (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G van der Wal u T. Boesman, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti, assistiti minn H. Gilliams, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta' Diċembru 2009, dwar skema ta' għajnuna E 2/2005 u N 642/2009 - Il-Pajjiżi l-Baxxi - Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta' akkomodazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Vesteda Groep BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 179, 3.7.2010.