Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Mansullo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent indirizzata lill-Kummissjoni intiża sabiex din tal-aħħar tagħtih is-somma ta’ EUR 10 000 minħabba l-allegat dannu li kien sofra minħabba li ntbagħtet ittra li informatu, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni kkumpensat it-talbiet tiegħu ta’ rimbors tal-ispejjeż, li għalihom kienet ġiet ikkundannata l-Kummissjoni, permezz tas-somom li kellu jagħti lill-Kummissjoni

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad, irrispettivament mill-mod ta’ kif din ġiet ifformata, it-talba għal kumpens tal-20 ta’ Ġunju 2012, li tinsab fin-nota tal-20 ta’ Ġunju 2012;

jannulla n-nota tas-27 ta’ Awwissu 2012 li għandha r-referenza, li tinsab fil-parti leminija ta’ fuq tat-tielet paġna, “Ref.Ares(2012)1003126 – 27 ta’ Awwissu 2012”, nota li r-rikorrent irċieva fid-9 ta’ Ottubru 2012;

sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad, irrispettivament mill-mod ta’ kif din ġiet ifformata, l-ilment tal-24 ta’ Ottubru 2012;

sa fejn meħtieġ, jannulla n-nota tal-11 ta’ Frar 2013 li għandha r-referenza, HR.D.2/MB/ac 170184, redatta bit-Taljan, li hija kkostitwita minn żewġ folji datilografiċi fuq wara, li r-rikorrent irċieva fit-22 ta’ Marzu 2013;

jikkundanna lill-Kummissjoni biex tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000 flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali mill-21 ta’ Ġunju 2012 u sal-jum li fih tingħata s-somma indikata iktar ’il fuq;

jikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.