Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Molina Solano vs Europol

(Kawża F-66/13) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Konvenzjoni Europol – Regolamenti tal-persunal tal-Europol – Deċiżjoni 2009/371/ĠAI – Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat – Rifjut li jingħata kuntratt ta’ aġent temporanju għal żmien indeterminat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Beatriz Molina Solano (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: inizjalment J. Arnould u D. Neumann, aġenti, sussegwentement J. Arnould, D. Neumann u D. El Khoury, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrentiDispożittivIr-rikors huwa miċħud.B. Molina Solano għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.