Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 taʼ April 2013 – Gemeente Leidschendam-Voorburg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Gemeente Leidschendam-Voorburg (Leidschendam-Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. de Groot u J. J. M. Sluijs, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 87, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24123 (2012/C) (ex 2011/NN) mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi – Allegat bejgħ ta’ art taħt il-prezz tas-suq mill-muniċipalità ta’ Leidschendam-Voorburg.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.    L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegat ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali u/jew tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ħalliet jgħaddi perijodu ta’ żmien twil li ma huwiex raġonevoli qabel ma bdiet il-proċedura skont l-Artikolu 108(2) TFUE, u b’konsegwenza ta’ dan il-partijiet kellhom raġun jippreżumu li l-ftehim inkwistjoni ma kienx inkompatibbli mal-Artikolu 107(1) TFUE.Fit-tieni lok, kien hemm żbalji u ommissjonijiet fl-evalwazzjoni tal-fatti mwettqa mill-Kummissjoni.Fit-tielet lok, il-Kummissjoni żbaljat meta stabbiliet il-fatti f’dak li jirrigwarda l-finanzjament permezz ta’ riżorsi tal-Istat.2.    It-tieni motiv, ibbażat fuq allegata applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFEU.Fl-ewwel lok, il-muniċipalità aġixxiet kif impriża privata kienet taġixxi fl-istess ċirkustanzi.Fit-tieni lok, Schouten & De Jong Projectontwikkeling BV flimkien ma’ Bouwfonds Ontwikkeling BV ma kisbu l-ebda vantaġġ li ma kinu

x jiksbu f’kull każ fis-suq fil-kors normali tal-kummerċ.3.    It-tielet motiv, dwar l-Artikolu 107(3) 

TFUE. Jekk jinstab li l-munċipalità tat għajnuna, din għandha titqies bħala kompatibbli mal-Artikolu 107(3) TFEU.