Language of document : ECLI:EU:T:2014:134





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Frar 2014 — Jannatian vs Il-Kunsill

(Kawża T‑187/13)

“Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 20, 21)

2.                     Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jagħti lok għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data ta’ komunikazzjoni tal-att — Komunikazzjoni lill-parti kkonċernata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 45; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 25, 28-30, 34-36, 40)

Suġġett

Talba għall-annullament, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent, ta’: il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/479/PESK, tat‑23 ta’ Ġunju 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 43); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE, tat‑23 ta’ Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29); il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK, tas‑7 ta’ Awwissu 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 213, p. 58); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/840/PESK, tas‑17 ta’ Novembru 2009, li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 303, p. 64); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009, tas‑17 ta’ Novembru 2009, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (ĠU L 303, p. 31); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas‑26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal‑25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81); ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal‑25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat‑23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Mahmoud Jannatian għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.