Language of document : ECLI:EU:T:2015:447





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 —
Il-Pajjiżi l-Baxxi et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑186/13, T‑190/13 u T‑193/13)

“Għajnuna mill-Istat — Bejgħ ta’ artijiet — Għajnuna mogħtija lil Schouten-de Jong Bouwfonds minn sħubija bejn is-settur pubbliku u s-settur privat implementata mill-komun ta’ Leidschendam-Voorburg — Tnaqqis tal-prezz tal-bejgħ ta’ artijiet u eżenzjoni retroattiva mill-ħlas tad-drittijiet dovuti għall-esplojtazzjoni u għall-kwalità — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna — Kriterju tal-investitur privat — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti ta’ vantaġġi imputabbli lill-Istat — Awtoritajiet pubbliċi involuti fl-adozzjoni tal-miżura
(Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punt 64)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna provenjenti minn riżorsi tal-Istat (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 65-72)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni inkwistjoni u tal-kuntest tagħha — Bejgħ ta’ art minn awtorità pubblika b’kundizzjonijiet preferenzjali — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ vantaġġ għall-benefiċjarju — Esklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 73-82, 85-88, 97, 102, 104, 107, 108, 111-114, 124-128, 131, 132)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 89, 91, 130)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni tal-legalità skont l-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punt 90)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 87, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24123 (2012/C) (ex 2011/NN) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi – Bejgħ preżunt ta’ artijiet bi prezz inqas mill-prezz tas-suq mill-komun ta’ Leidschendam-Voorburg.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 87, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24123 (2012/C) (ex 2011/NN) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi – Bejgħ preżunt ta’ artijiet bi prezz inqas mill-prezz tas-suq mill-komun ta’ Leidschendam-Voorburg, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, mill-Gemeente Leidschendam-Voorburg, minn Bouwfonds Ontwikkeling BV u minn Schouten & De Jong Projectontwikkeling BV.