Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Frar 2012 - GRE vs UASI - Villiger Söhne (LIBERTE brunes)

(Kawża T-78/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Memmler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' Diċembru 2011, fil-Każ R 2109/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "LIBERTE brunes" għal prodotti fil-klassijiet 25, 30 u 34 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 462 171)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Villiger Söhne GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "LA LIBERTAD" (trade mark Komunitarja Nru 1 456 664) u t-trade mark figurattiva "La LIBERTAD" (trade mark Komunitarja Nru 2 433 126) għal prodotti fil-klassijiet 14 u 34

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________