Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2012 - Wahl vs UASI - Tenacta Group (bellissima)

(Kawża T-77/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wahl GmbH (Unterkirnach, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kieser avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tenacta Group SpA (Azzano S. Paolo, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-21 ta' Novembru 2011 billi tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1560781 tat-2 ta' Novembru 2009 fir-rigward tat-trade mark Komunitarja Nru 004534889;

sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-21 ta' Novembru 2011 billi tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1560781 tat-2 ta' Novembru 2009 fir-rigward tat-trade mark Komunitarja Nru 004534889 inkonnessjoni mar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal prodotti fil-klassi 7;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "bellissima" għal prodotti fil-klassijiet 7 u 8 (Applikazzjoni Nru 8 406 704)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Tenacta Group SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva "bellissima IMETEC" għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11 (Trade mark Komunitarja Nru 4 534 889)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________