Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Nu Air Compressors and Tools vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/12) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw miċ-Ċina – Rifjut parzjali tar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa – Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni – Tnaqqis tad-dazji antidumping – Aġġustament tal-effetti ratione temporis tal-annullament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nu Air Compressors and Tools SpA (Robassomero, l-Italja) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, u A. Bochon, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik, K. Talabér-Ritz u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2011) 8824 finali u C (2011) 8812 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, fir-rigward tat-talbiet ta’ rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tannulla l-imsemmija deċiżjonijiet, għaż-żamma fis-seħħ tal-effetti tal-imsemmija deċiżjonijiet sakemm il-Kummissjoni tkun adottat il-miżuri neċessarji sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali.DispożittivL-Artikolu 1 tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2011) 8824 finali u C (2011) 8812 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, fir-rigward tat-talbiet ta’ rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa annullat sa fejn huwa ma jagħtix lil Nu Air Compressors and Tools SpA rimbors ta’ dazji antidumping li hija ħallset indebitament iktar mill-ammonti li huma msemmija.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 118, 21.4.2012.