Language of document : ECLI:EU:T:2015:867





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2015 –
Nu Air Compressors and Tools vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑76/12)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw miċ-Ċina – Rifjut parzjali tar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa – Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni – Tnaqqis tad-dazji antidumping – Aġġustament tal-effetti ratione temporis tal-annullament”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Terminu – Preżentazzjoni tardiva tal-provi – Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikoli 46(1), u 48(1)) (ara l-punti 28-30)

2.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Rimbors tad-dazji antidumping – Kalkolu tal-marġni tad-dumping effettiv – Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni – Rikors għal prezz għall-esportazzjoni stabbilit – Aġġustamenti – Ammont mhux imnaqqas tad-dazji antidumping imħallsa – Kundizzjoni – Impatt tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni – Għażla tal-metodu ta’ analiżi – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 2 u 11(10), kif emendata bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 53, 63‑67)

3.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni – Rikors għal prezz għall-esportazzjoni stabbilit – Kundizzjonijiet – Aġġustamenti – Rikors ex officio (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(9), kif emendata bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 55-57)

4.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Rimbors tad-dazji antidumping – Kalkolu tal-marġni tad-dumping effettiv – Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni – Rikors għal prezz għall-esportazzjoni stabbilit – Aġġustamenti – Ammont mhux imnaqqas tad-dazji antidumping imħallsa – Kundizzjoni – Impatt tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti fl-Unjoni – Analiżi tan-numru ta’ verifika ta’ prodott min-numru ta’ verifika ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, premessa 20 u Artikolu 11(10), kif emendata bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 72-74, 76, 96, 114)

5.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Rimbors tad-dazji antidumping – Kalkolu tal-marġni tad-dumping effettiv – Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni – Rikors għal prezz għall-esportazzjoni stabbilit – Aġġustamenti – Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 – Ammont mhux imnaqqas tad-dazji antidumping imħallsa – Eċċezzjoni – Interpretazzjoni stretta (Ftehim dwar l‑implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 2.4, u 9.3.3; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(9), u 11(10), kif emendata bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 81, 82, 86-88, 94, 95)

6.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Rimbors tad-dazji antidumping – Kalkolu tal-marġni tad-dumping effettiv – Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni – Rikors għal prezz għall-esportazzjoni stabbilit – Aġġustamenti – Ammont mhux imnaqqas tad-dazji antidumping imħallsa – Kundizzjoni – Evalwazzjoni każ b’każ – Prattika preċedenti jew sussegwenti tal-istituzzjonijiet – Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 11(10), kif emendata bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 121-123)

7.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Rimbors tad-dazji antidumping – Kalkolu tal-marġni tad-dumping effettiv – Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni – Rikors għal prezz għall-esportazzjoni stabbilit – Aġġustamenti – Ammont mhux imnaqqas tad-dazji antidumping imħallsa – Għażla tal-metodu ta’ analiżi – Obbligu li jintuża metodu koerenti ma’ dak adottat għall-finijiet tal-istabbiliment tal-prezz għall-esportazzjoni stabbilit u tal-marġni tad-dumping effettiv (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(9) u (11), u 11(10), kif emendata bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 137-140, 142-144, 147)

8.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Rimbors tad-dazji antidumping – Kalkolu tal-marġni tad-dumping effettiv – Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni – Rikors għal prezz għall-esportazzjoni stabbilit – Aġġustamenti – Ammont mhux imnaqqas tad-dazji antidumping imħallsa – Prova tal-impatt tal-imsemmi ammont fuq l-importatur (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 11(10), kif emendata bir-Regolament Nru 1225/2009) (ara l-punti 151, 152)

9.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Annullament parzjali ta’ deċiżjoni li tirrifjuta parzjalment ir-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa indebitament – Neċessità li jinżammu provviżorjament l-effetti tad-deċiżjoni sabiex jiġi evitat l-obbligu tar-rimbors tas-somom kollha rrimborsati – Assenza (Artikolu 264 TFUE) (ara l-punti 162-164)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2011) 8824 finali u C (2011) 8812 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, fir-rigward tat-talbiet ta’ rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tannulla l-imsemmija deċiżjonijiet, għaż-żamma fis-seħħ tal-effetti tal-imsemmija deċiżjonijiet sakemm il-Kummissjoni tkun adottat il-miżuri neċessarji sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2011) 8824 finali u C (2011) 8812 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, fir-rigward tat-talbiet ta’ rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa annullat sa fejn huwa ma jagħtix lil Nu Air Compressors and Tools SpA rimbors ta’ dazji antidumping li hija ħallset indebitament iktar mill-ammonti li huma msemmija.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.