Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-19 ta' Ġunju 2007 - Davis et vs Il-Kunsill
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Koeffiċjenti tal-korrezzjoni - Irtirar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004 - Applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni kkalkulati skond l-għoli tal-ħajja medju fil-pajjiż ta' residenza tal-pensjonanti - Skema tranżitorja - Tneħħija tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni għad-drittijiet għal pensjoni miksuba wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Davis et (Bolton, Ir-Renju Unit) u tlieta oħra [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati]
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti]
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu d-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti, inkwantu l-parti tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni miksuba wara t-30 ta' April 2004 mhijiex suġġetta għal koeffiċjent tal-korrezzjoni u inkwantu l-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikat għall-parti tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni miksuba qabel it-30 ta' April 2004 huwa differenti minn dak li għalih hija suġġetta r-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali li jaħdmu fir-Renju Unit jew fid-Danimarka.
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 154 01/07/06 p. 28.